Proċess tal-Kawża tal-Kanonizzazzjoni
TALBA GĦALL-BEJATIFIKAZZJONI TA’ MADRE MARGERITA
O Trinità Qaddisa, jiena nadurak, inbierkek u nirringrazzjak għad-doni u l-grazzji li inti tajt lill-Venerabbli Qaddejja tiegħek Madre Margerita tal-Qalb ta’ Ġesù, nitolbok li turi fiha is-setgħa tal-imħabba tiegħek u l-kobor tal-ħniena tiegħek billi taqlagħli bl-interċessjoni tagħha l-grazzja (semmi l-grazzja li teħtieġ) li tant nixtieq, Ammen.
Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.
Venerabbli Qaddejja t’Alla Madre Margerita. Itlob għalina.