MADRE MARGERITA TAL-QALB TA’ ĠESÙ

SORIJIET FRANĠISKANI TAL-QALB TA’ ĠESÙ – PROVINĊJA TA’ MALTA

Assoċjazzjoni tal-Kwiekeb tal-Qalb ta’ Ġesù

L-Assoċjazzjoni hi ffurmata minn lajċi mpenjati ta’ kull qagħda soċjali u kulturali li jridu jgħixu bis-sħiħ il-Vanġelu u li jridu li jkollhom sehem fil-missjoni tal-Knisja, skond proġett appostoliku kif imnebbħa minn Dun Ġużepp Diacono u mill-Qaddejja t’Alla Madre Margerita. Huma jagħmlu ħilithom biex igħixu l-ispiritwalità ta’ Madre Margerita u  l-kariżma tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù, permezz tal-prattika ta’ mħabba ħerqana lejn il-Qalb ta’ Gesù fl-Ewkaristija.  Huma jiltaqgħu darba fix-xahar u kull membru jimpenja ruħu li jgħix b’mod partikulari l-imħaba lejn il-Qalb ta’ Ġesù fl-Ewkaristija u l-ispirtu ta’ riparazzjoni għall-offiżi li din il-Qalb tirċievi minna l-bnedmin. Din l-Assoċjazzjoni hija approvata mis-Santa Sede u għandha l-Istatut li jigwida lill-lajċi dwar l-impenn tagħhom.

Statut tal-Assoċjazzjoni tal-Kwiekeb tal-Qalb ta' Ġesù

Translate